Erba’ persuni fosthom tifel weġġgħu f’inċident tat-traffiku fir-Rabat.
L-inċident seħħ illum waranofsinhar fi Triq Valletta, mir-Rabat fid-direzzjoni tat-Telgħa tas-Saqqajja.
Il-ħabta seħħet bejn żewġ karozzi li kienu qed jinstaqu fid-direzzjoni opposta.
F’waħda mill-karozzi kien hemm tfajla ta’ 18-il sena.
Fuq il-post marru żewġ ambulanzi li ħadu lill-vittmi l-Isptar Mater Dei.