Tifel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn xi għoli

Malta Police Force

Tifel ittieħed l-isptar b’emerġenza wara li waqa’ minn taraġ fiż-Żejtun, u qiegħed fil-periklu tal-mewt.

It-tifel, li għandu 6 snin, waqa’ minn taraġ f’residenza fi Triq Ħaddara ilbieraħ fis-7.35pm. Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Infetħet inkjesta fuq il-każ immexxija mill-Maġistrat Grima.