Tifel fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza fil-Fgura

Tifel ta' 11-il sena minn Bormla jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza misjuqa minn tfajla ta' 24 sena mis-Swieqi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6pm fi Triq Hompesch fil-Fgura.
Fuq il-post issejjħet Ambulanza u tim mediku li ħadu lit-tifel l-isptar Mater Dei għall-kura u hemmhekk ġie ġġertifikat kien jinsab fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.