Tifel fil-periklu tal-mewt wara li ħabat bil-go-kart

Ian Noel Pace

Read in English.

Tifel ta’ 13-il sena qed jissielet għal ħajtu wara li ħabat bil-go-kart fil-Mosta.

Fi stqarrija il-Pulizija spjegat li l-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tan-12.30am fi Triq Durumblat. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn irriżulta li tifel ta’ 13-il sena weġġa’ wara li allegatament ħabat ġo xi tyres waqt li kien qiegħed isuq go-kart ġewwa trakka fl-imsemmija lokalità.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.