Tifel f’Għawdex infettat bil-marda tal-idejn, il-ħalq u s-saqajn

Ikkonfermat każ tal-marda tal-idejn, il-ħalq u s-saqajn f’Għawdex.
Id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni mill-Mard Dr Charmaine Gauci kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li ġie rreġistrat każ fl-Għarb. Madanakollu sostniet li dan il-każ ma ġiex reġistrat fl-Iskola Primarja tal-Għarb.
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, il-persuna infettata hija tifel ta’ tliet snin li jattendi childcare centre fl-istess lokalità.
Aktar kmieni dan ix-xahar, ġew irrappurtati każijiet ta’ lsien u dwiefer fl-Iskola Primarja Ta’ Sannat.