Tifel Belġjan jirkeb ajruplan waħdu

Bħalissa għaddejja investigazzjoni fuq kif tifel Belġjan ta’ tnax-il sena rikeb ajruplan waħdu. It-tifel għadda mis-sigurtà mingħajr permess għat-titjira jew karta tal-identità. It-titjira kienet minn Brussell lejn Spanja.

Il-ġenituri rrapurtaw lit-tifel nieqes il-Ħamis li għadda iżda t-tifel instab is-Sibt minn pulizija fl-ajruport ta’ Malaga.

Il-linja tal-ajru involuta u s-sigurtà tal-ajruport qegħdin jistudjaw filmati tas-sigurtà biex jaraw kif it-tifel irnexxielu jirkeb l-ajruplan.

Għadha mhix magħrufa r-raġuni għala t-tifel rikeb l-ajruplan. Ommu qiegħda tgħid li t-tifel ħarab wara li kellu argument ma’ għalliema tiegħu.