Aġġornata: Tifel attakkat minn tigra f’Montekristo

Tifel ta' tliet snin sofra ġrieħi gravi wara li ġie attakkat minn tigra fiz-zoo ta' Montekristo.
Il-każ seħħ għal ħabta tal-4:30pm meta t-tigra kienet marbuta b'ċinga, ħatfet lit-tifel u allegatament girfitu f'wiċċu.
Kelliem għall-Grupp Polidano ċċara li fil-ħin tal-inċident, it-tigra kienet akkumpanjata minn żewġ istrutturi u kienet bilqiegħda mal-art.

Qal li t-tifel resaq viċin ħafna tat-tigra u din laqtitu f'wiċċu b'difrejha.  Saħaq li t-tigra fl-ebda ħin ma gidmet lit-tifel.
Mal-ħin tal-inċident, xi nies fuq il-post fosthom raġel ta' 56 sena minn Ħaż-Żabbar li kien qed jakkumpanja lit-tifel, ippruvaw jagħtu l-ewwel għajnuna tagħhom.
Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet lit-tifel l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.