Tieqaf l-avventura ta’ Djokovic fil-US Open

Novak Djokovic li kien qed jiddefendi t-titlu kellu jwaqqaf l-avventura tiegħu fil-US Open minħabba li weġġa’ kontra l-Iżvizzeru ta’ 23 sena Stan Wawrinka.

Djokovic li għandu 32 sena kellu jirtira mil-logħba wara li minħabba problemi fi spalltu falla milli jagħti serve tajjeb. In-nies li kienu qed jaraw il-logħba dehru rrabbjati għal-fatt li ma kompliex, u t-tgħajjir kompla żdied hu u ħiereġ barra l-court.

Waqt intervista li saritlu, Djokovic qal li jiddispjaċih għal min mar jara l-logħba iżda sfortunatament ma setax jagħmel mod ieħor. Stqarr li ħass li ma setax ikompli għall-fatt li ma felaħx jagħti daqqa tajba u bl-ammont ta’ saħħa li xtaq.