Tikolx dan il-popcorn jekk allerġiku jew intolleranti għall-ħalib

Id-direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika informa lill-pubbliku biex il-popcorn tad-ditta The Big Night In ma jiġix ikkunsmat minn persuni allerġiċi jew intolleranti għall-ħalib. Dan minħabba li nstab li fihom traċċi tal-ħalib, li iżda mhux iddikjarat fuq it-tikketta.

Għaldaqstant, wieħed m’għandux jieħu mit-togħmiet Sweet n’ Salted u Cinema Sweet f’kontenituri forma ta’ barmil tal-plastik.

Id-direttorat qal li rċieva din il-informazzjoni permezz tas-sistema rapida tal-ikel u l-għalf.