Tikolx dan il-prodott jekk allerġiku għall-ħalib

Dawk kollha allerġiċi jew intolleranti għall-proteina tal-ħalib qed jintalbu sabiex ma jikkunsmawx il-prodott Vegan Protein – Vanilla Macaroon Flavour.

Dan ħareġ fi stqarrija mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali li sostniet li qed jinħareġ l-avviż skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE).

Id-dettalji tal-prodott huma dawn:

  • Vegan Protein – Vanilla Macaroon Flavour
  • QNT
  • 500g
  • Numru tal-lott: L703972/2
  • Durabbli sa: 07/2020

L-avviż ħareġ wara li l-kumpanija involuta rrappurtat li l-konsenja kollha kienet inxtrat mill-konsumatur.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 21337333 mit-8am sas-2.30pm jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.