Tiekol, torqod u tirrilassa u se tagħlaq 116-il sena

Misao Okawa, l-ixjeħ mara fid-dinja se’ tagħlaq 116-il sena.
Għal din l-okkażjoni hija qed tgħaddi is-sigrieti li bihom irnexxilha tgħix dawn is-snin kollha.
Okawa ssostni li biex persuna tgħix hajja fit-tul trid tiekol, torqod u tirrilassa.
Hija tiekol tliet ikliet kuljum u tara li torqod tmin siegħat matul il-lejl.
Okawa ilha tgħix f’dar tal-anzjani għal dawn l-aħħar 18-il sena.
Il-Ġappuniża, Misao Okawa hija l-ixjeħ mara fid-dinja iżda skont il-Guinness World Record issa saret ukoll l-iktar persuna anzjana fid-dinja wara li f’Ġunju tas-sena li għaddiet miet Jireomon Kimura.
Okawa qabżat bi tletin sena l-eta medja tal-anzjani Ġappuniżi li skont l-istatistika jgħixu sa’ 85 sena.
Misao Okawa twieldet fil-5 ta’ Marzu tal-1898. Iżżewġet fl-1919 u kellha tlett itfal.
Ir-raġel tagħha miet fl-1931.
Hija nanna ta’ erba’ u bużnanna ta’ sitta.