Tieħu stessu waqt li oħtha tara l-passjoni!

Kimberly Ramirez kienet qed twelled fi sptar f’Texas fl-Istati Uniti, waqt li oħtha Kat ta’ 28 sena kienet qed tiddokumenta l-proċess kollu tal-ħlas.
Madanakollu, fetlilha tieħu stessu tagħha, u fl-isfond oħtha titgħawweġ bl-uġigħ.
Kat spjegat li l-istessu għandu skop ċerimonjali, hekk kif dan hu l-ewwel ħlas ta’ oħtha – waqt li hi diġà għaddiet minnha ħames darbiet!  Kellha l-aħħar wild proprjament erba’ xhur ilu."Issa jmiss lilha", żiedet tgħid.
Ir-ritratt dar kull rokna tad-dinja u sal-Ħamis filgħaxija rawh 500,000 darba u kellu aktar minn 1,000 kumment.
Minkejja li wħud ħasbu li dan l-istessu kien insensittiv fil-konfront tal-omm il-ġdida, Kimberly temmen li r-ritratt huwa wieħed li jnissillek tbissima.