Aġġornata: Mara l-isptar wara nirien f’darha f’Ħal Qormi

Christoph Schwaiger

Read in English.

Mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li nirien ħakmu lil darha f’Ħal Qormi

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident ġie rrappurtat għan-12.30pm fi Triq Ġużè Galea. In-nirien bdew minn apparat elettroniku u kawża tagħhom wassal sabiex jisplodi ċilindru tal-gass.

Il-mara ta’ 58 sena ttieħdet l-isptar b’ambulanza wara li sofriet xi ħruq. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija u l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien.