Aġġornata: Filmat: Tieħu n-nar dar f’Tal-Pietà

Residenza f’Tal-Pietà ħadet in-nar dalgħodu.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li r-rapport daħal għall-ħabta ta’ 9am.
Issejjaħ ukoll id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Sorsi li kienu fuq il-post spjegaw li ma' weġġa' ħadd kawża tan-nirien li jista' jkun affettwaw żewġ appartamenti.
Il-ħaddiema tat-tifi tan-nar evakwaw il-blokka kollha, u n-nar issa ntefa.
Ritratt u filmat: Ian Noel Pace