Tieħu bomba quddiem knisja f’Ateni; tnejn imweġġgħa

Forensics officers stand outside the Saint Dionysios church yard, following the detonation of an explosive device in Athens, Greece, December 27, 2018. REUTERS/Michalis Karagiannis

Uffiċjal tal-Pulizija u persuna weġgħu wara li ħadet bomba li kienet impoġġiha barra mill-Knisja fiċ-Ċentru ta’ Ateni fil-Greċja iktar kmieni llum, skont il-Pulizija Griega u l-midja tal-istat.

Ħadd għadu ma refa’ r-responsabilità għal dan l-attakk. Il-Knisja tinsab fil-kwartier ta’ Kolonaki viċin tad-distrett Exarchia, fejn spiss ikun hemm konfronti bejn il-Pulizija u l-anarkisti.

Il-bomba ħadet quddiem il-Knisja ta’ San Dijonisju għall-ħabta tas-7 ta’ filgħodu ħin lokali ftit qabel mal-Knisja infetħet għall-pubbliku.

L-Uffiċjal tal-Pulizija u t-tieni persuna li ġie identifikat bħala l-gwardjan tal-Knisja ttieħdu l-isptar filwaqt li l-Pulizija għalqet iż-żona.

Skont Reuters, iż-żewġ persuni sofrew minn ġrieħi iżda mhumiex fil-periklu tal-mewt. Uffiċjal tal-Pulizija li tkellem ma’ Reuters spjega kif l-Uffiċjal li ndarab ra kaxxa fejn l-entrata tal-Knisja li dehret suspettuża. Il-bomba ma kinitx b’saħħitha u l-Uffiċjal kellu ġrieħi f’wiċċu u idejh.

Skont xhud li tkellem mat-televiżjoni tal-istat Grieg, kien il-gwardjan stess li ċempel il-Pulizija. Il-Pulizija Griega qed jinvestigaw il-każ.