​Tieġ irjali: Ma jistednux politiċi

Il-Prinċep Harry u Meghan Markle ma stednux politiċi għat-tieġ tagħhom.
Id-deċiżjoni li ma jkollhomx mistiedna tfisser li l-Prim Ministru Theresa May, il-Mexxej tal-Laburisti Ingliżi Jeremy Corbyn u l-President Amerikan Donald Trump mhux se jkunu preżenti.
Lanqas l-eks President Amerikan Barack Obama u martu Michelle, li huma ħbieb ta’ Harry.
Madanakollu Harry u Meghan stiednu 1,200 persuna mill-pubbliku, li se jitħallew jidħlu fil-ġonna ta’ Windsor Castle fid-19 ta’ Mejju.
Fost l-oħrajn se jkun hemm tifla ta’ 12-il sena li weġġgħet waqt l-attakk fuq l-Arena ta’ Manchester f’Mejju 2017 u tifel ta’ 14-il sena li jaħdem mal-komunità ta’ persuni nieqsa mis-smigħ.