Tieġ fuq is-silġ fil-Furjana

Għada l-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru, il-European Foundation for Support of Culture u l-Ilya Averbuch Production Company bl-għajnuna tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta kif ukoll bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Public Broadcasting Services, se jkunu qed itellgħu proġett mill-aktar ambizzjuż, Jester’s Wedding, li huwa addattament tal-ballet li jittella fil-Crustal Palace b’mużika mill-kompożitur Amerikan – Malti Alexey Shor.

Dan il-proġett se jsir taħt id-direzzjoni ta’ Ilya Averbukh, rebbieħa ta’ bosta unuri fil-qasam tal-ice skating, apparti bosta unuri oħra.

L-ispettaklu se jiżvolġi fir-Russja fis-Seklu 18 fejn l-imperatriċi Anna Ioannova, li tkun tħobb torganizza ċelebrazzjonijiet kbar, tideċiedi li tiżżewweġ żewġ buffi fiċ-cirku rjali tagħha f’palazz tas-silġ mibni fuq ix-xmara Neva.

Dan il-proġett jinkludi s-sehem ta’ figure skaters rinomati Tatiana Totmyanina u Maxim Marinin, kif ukoll Alexey Yagudin, Dmitry Solovyov, Ekaterina Bobrova, u Ivan Righini, lkoll magħrufa f’dan il-qasam.

Tieħu sehem ukoll Anna Aglatoba, waħdi mis-solisti ewlenin fil-Bolshoi Theatre fir-Russja.

Dan l-ispettaklu se jsir għada l-Ġimgħa fl-Arena tal-Indipendenza fis-7pm.