​Tidwi fil-Parlament il-mewt taż-żagħżugħ li ħarab minn Monte Karmeli

Il-każ taż-żagħżugħ li nstab mejjet ilbieraħ wara li ħarab mill-Isptar Monte Karmeli, kompla jidwi fil-Parlament.
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-mewt taż-żagħżugħ qed tittieħed b’tant serjetà,  li miet meta ħarab minn Monte Karmeli, tant hu każ serju li hu bħala ministru fetaħ inkjesta amministrattiva konġunta ma’ dik maġisterjali biex titfa’ dawl fuq din it-traġedja.
Il-Ministru kien qed iwieġeb għad-domanda tad-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar.
Min-naħa tiegħu d-deputat Nazzjonalista Mario Galea qal li s-suwiċidju hi sitwazzjoni gravi u wasal iż-żmien li jkun hemm diskussjoni miftuħa dwaru.
Dr Fearne ħabbar li l-Gvern dalwaqt ikollu f’idejh il-medical brief biex tibda tingħata kura akuta għas-saħħa mentali.