Tidħolx f’negozju ma’ din il-kumpanija

Read in English.

Individwi frodisti qegħdin jużaw id-dettalji ta’ entità ġenwina biex iqarrqu bil-pubbliku. L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) fi stqarrija qalet li entità bl-isem ta’ GWM Group Holdings li għandha preżenza fuq l-internet fuq https://gwmholdings.com qed jagħmel użu mid-dettalji ta’ kumpanija liċenzjata mill-MFSA GWM Asset Management Limited. 

L-MFSA saħqet li l-pubbliku m’għandux jidħol f’negozju jew transazzjonijiet mal-entità qarrieqa.

L-Awtorità qalet li GWM Group Holdings mhix kumpanija reġistrata Malta u lanqas m’hi awtorizzata biex tipprovdi servizzi finanzjarji f’Malta jew minn Malta. Saħqet li din il-kumpanija m’għandha l-ebda rabta ma’ GWM Asset Management Limited li hija kumpanija reġistrata.

Spjegaw li minn dak li raw jidher li s-sit elettroniku https://gwmholdings.com hu clone ta’ sit elettroniku ta’ entità leġittima.

Entità ReġistrataClone
GWM Asset Management LimitedGWM Group Holdings
http://gwmholding.comhttps://gwmholdings.com
C 44654N/A
Suite 5, Level 5,Portomaso Complex, Portomaso St. Julian’s – PTM 01UG45 Victoria Square, Victoria square Belfast, BT14QG
MFSA Category 2:
Investment Services Licence Holder
Mhux liċenzjata