Tidħol l-isptar b’uġigħ fl-istonku…u twelled tewmin

Mara żagħżugħa fl-Istati Uniti u l-għarus tagħha ħadu l-qatgħa ta’ ħajjithom hekk kif hi ddaħħlet l-isptar minħabba uġigħ qawwi fl-istonku, u ftit wara saret omm ta’ tewmin bniet!
L-omm qatt ma kienet indunat li kienet qed tistenna tarbija, aħseb u ara tnejn.
Il-ġenituri l-ġodda, li huma studenti l-Università, issa qed jappellaw għall-għajnuna finanzjarja, għax fi kliemhom "ġara kollox daqshekk malajr"!