Tidħol fil-magna tal-X-ray wara l-bagalji

Mara Ċiniża ddeċidiet li tgħaddi mill-magna tal-X-ray tal-istazzjon tal-ferrovija sabiex tassigura li ma jinsterquliex il-basktijiet wara li jgħaddu mis-sigurtà.
L-istaff tal-istazzjon tal-ferrovija f’Dongguan baqgħu imbellħin hekk kif raw is-siluwett ta’ mara fl-istampa li dehret fuq l-iskrin tagħhom mill-magna tal-X-ray.
Wara li niżlet minn fuq il-conveyor belt, il-mara ċċekjat il-basktijiet tagħha u baqgħet sejra.
Ir-ritratti tal-X-ray juru lill-mara għarkupptejha wara l-basktijiet tagħha u liebsa żarbun tat-takkuna.
Ftit tal-ħin qabel, il-mara kienet ppruvat tgħaddi mill-iscanner tas-sigurtà bil-handbag tagħha iżda hi twaqqfet immedjatament.
Għaldastant irrifjutat li ssegwi l-ordnijiet u minflok għaddiet mill-bieb, għaddiet mit-tieqa.