Fil-periklu tal-mewt; ċiklist jidħol f’ħajt f’Marsalforn

Aġġornat 08:31 AM

Read in English.

Żagħżugħ spiċċa fil-periklu tal-mewt meta daħal f’arblu bir-rota f’Marsalforn.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident ġara għat-7.55pm fi Triq il-Qbajjar. Iż-żagħżugħ għandu 19-il sena u residenti ż-Żebbuġ.

Fi stqarrija maħruġa s-Sibt filgħodu, il-Pulizija kkonfermat li ż-żagħżugħ għal xi raġuni tilef il-kontroll tar-rota tiegħu u baqa’ dieħel f’ħajt. Hu jinsab fil-periklu tal-mewt kawża ta’ dan.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Monica Vella.