“Tidher sinjura biżżejjed biex tħallas għall-ħsara int”

Hekk kif Elisa Houghton irritornat fil-karozza tagħha nhar it-Tlieta flgħaxija wara ġurnata xogħol, indunat li xi ħadd baqa’ dieħel fil-karozza tagħha li kienet ipparkjata fl-istazzjon tal-ferrovija.
Taħt il-windscreen sabet nota li fuqha assumiet li l-persuna li laqgħet il-karozza tagħha skuża ruħu u ħalla d-dettalji tiegħu biex tikkuntattjah.
Minkejja dan, dan ma kienx il-każ għax hekk kif qrat in-nota indunat li din kienet waħda insolenti.
Fuqha kien hemm miktub “skużani, m’għandix insurance, bqajt dieħel fil-karozza tiegħek, iżda tidher sinjura biżżejjed biex tħallas għall-ħsara int.”
B’daħka fuq wiċċha Houghton qalet li ma tistax tifhem kif dan il-bniedem assuma li hi sinjura meta hi ssuq biss Hyundai Getz.