Tiddejjaq meta tbill gallettina fil-kafè u taqgħalek biċċa?

Ħafna huma dawk li l-hena tagħhom ibillu l-gallettini fil-kafè jew te, iżda hemm min jiddejjaq li l-gallettina tant tirtab li tispiċċa taqa’ fil-kikkra.
Missier fir-Renju Unit ta’ żewġt itfal ħareġ b’soluzzjoni biex il-gallettini ma jaqgħux fit-te.
Hu ħoloq pouch tal-plastik li jitpoġġa fil-kikkra sabiex biċċiet tal-gallettini jaqgħu fiha. Meta mbagħad tieqaf tbill tkun tista’ ttella’ l-pouch bi spaga u tkompli tixrob normali.
Il-cookie catcher li tiswa’ madwar €3 magħmula min-nylon u għalhekk tista’ tintuża kemm-il darba.