Tiċħad li ma tatx lectures u tħallset xorta

L-Ewroparlamentari Therese Comodini Cachia sejħet “gidba faħxija” l-allegazzjonijiet li ma tatx lectures li kellha tagħti fl-Università ta’ Malta, u tħallset xorta għalihom.
F’laqgħa ma’ grupp ta’ ġurnalisti Maltin fi Brussell, Comodini Cachia spjegat li hi taqdi d-dmirijiet tagħha skont il-kuntratt, tagħti l-lectures u tikkoreġi kull eżami.
Qalet li din il-kwistjoni diġà nqalet is-sena l-oħra u meta dak iż-żmien staqsiet lill-Fakultà jekk kinitx kuntenta bil-kuntratt tagħha, din ikkonfermat li kienet kuntenta.