Fl-aħħar ġranet iċ-ċkejkna Jade ċċelebrat għeluq sninha. L-ewwel sena tagħha ċċelebrata fir-Rainbow Ward fl-isptar ta’ Mater Dei.
Minkejja dak li għaddejjin minnu, il-ġenituri ta’ Jade għaddejjin b’kampanja permezz ta’ fundraiser fuq Facebook sabiex jgħinu lil Puttinu jiġbor aktar fondi.
Diġà nqabżet is-somma ta’ €6,500 u għad hemm iċ-ċans li jkomplu jinġabru aktar billi wieħed jagħfas fuq dan il-link.