Tiċċarrat parti mit-tinda ta’ Ħaġar Qim

Read in English.

Kmieni dalgħodu, iċċartet parti mit-tinda prottettiva tat-tempji ta’ Ħaġar Qim fil-Qrendi. Kelliema għall-komunikazzjoni ta’ Heritage Malta fi stqarrija spjegat li dan ġara minħabba r-riħ qawwi li ħakem il-ġżejjer Maltin.

Heritage Malta spjegat li għal xi ħin ingħalaq l-aċċess għall-viżitaturi. L-impjegati ta’ Heritage Malta marru fuq il-post u ttieħdu miżuri meħtieġa biex jassiguraw li ma jkunx hemm periklu għall-viżitaturi kif ukoll għall-istrutturi megalitiċi.

Heritage Malta assiguraw li kemm l-istrutturi megalitiċi u l-istruttura tal-ħadid li magħha tintrabat it-tinda, ma ġarrbu l-ebda ħsara.

Matul il-lejl li għadda fil-villaġġ tat-tined f’Ħal Far inqelbu żewġ kontejners li fihom jgħixu l-immigranti. Sorsi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li huma kienu reqdin u ħarġu jiġru u rnexxielhom joħorġu bl-eżatt.

Bħalissa l-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija ta’ riefnu li se tibqa’ fis-seħħ sal-10pm.