Tiċċaqlaq il-fergħa tal-BOV tal-Preluna Towers

Mill-Erbgħa, 5 t'April, il-fergħa tal-BOV tal-Preluna Towers se tingħalaq temporanjament minħabba xi xogħlijiet. Sadanittant, il-fergħa se tiġi rilokata temporanjament għax-Xatt ta’ Qui Si Sana, tas-Sliema.
Dil-fergħa se tkun qed toffri s-servizzi bankarji kollha, minbarra dawk li jinkludu tranżazzjonijiet bi flus kontanti.
Is-servizz estiż se jkompli jiġi offrut mill-post il-ġdid kull nhar ta’ Ġimgħa bejn l-4.30pm u s-7pm.
Il-BOV avżat lill-klijenti tagħha biex jużaw il-mezzi diġitali alternattivi, bħall-ATM u l-faċilità tan-Nightsafe Deposit.