“Tibżgħux tieħdu lil Marija għandkom” – l-Isqof Grech

Diocese of Gozo

L-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech stieden lill-insara biex ma jibżgħux jieħdu lil Marija għandhom. Huwa qal dan waqt l-omelija tiegħu fl-okkażjoni tal-Wasla tal-Kwadru mirakoluż tal-Madonna ta’ Pinu fis-Santwarju ta’ Pinu. Il-Ħadd wasal fit-tmiemu l-pellegrinaġġ ta’ ħmistax li ra l-kwadru jżur il-parroċċi kollha f’Għawdex.

L-Isqof spjega kif mill-kwadru li tpitter erba’ mitt sena ilu, Marija sejħet lil Karmena Grima biex tersaq lejha u f’dan il-kwadru tikkontempla l-Assunzjoni tagħha fis-sema bir-ruħ u l-ġisem. Huwa kompla jispjega li jistħajjel lil Marija tgħid lil Grima biex tagħmel kuraġġ, għax bil-qawwa ta’ Kristu, Marija rebħet fuq il-mewt.

Diocese of Gozo

Kompla jispjega li hekk kif issa ġie fi tmiemu l-pellegrinaġġ huwa f’idejn in-nies li jieħdu lil Marija f’darhom. Id-djoċesi ta’ Għawdex iddedikat din is-sena lil Marija. Il-Mons. Grech stieden lil dawk miġbura biex isibu ftit ħin kuljum għal Madonna.

Fl-omelija tiegħu, il-Mons. Grech tkellem ukoll fuq il-kwalitajiet ta’ Marija u dak li ġarrbet meta saret taf li kienet se tkun omm Alla. Huwa rrefera għat-tgħalim tal-Konċilju Vatikan II, li jgħid li Marija kompliet fil-mixja tagħha u żammet sħiħa bil-fedeltà u l-għaqda tagħha ma’ Binha sas-salib. Spjega kif Marija għarfet id-dgħufija umana u emmnet li Alla jsalva fit-tbatija.

L-Isqof ta’ Għawdex spjega wkoll dak li seta’ ġarrab San Ġużepp minħabba l-qagħda li sab ruħu fiha, u fakkar kif il-Papa Franġisku jsejjaħlu “kustodju tad-dgħufija”. Kompla jgħid li diversi inċidenti jikxfu d-dgħufija tal-familji tagħna, filwaqt li spejga li d-dgħufija mhix biss waħda fiżika, iżda wkoll morali u spiritwali. Iżda fakkar ukoll kif Alla dejjem jibgħat lill-anġlu tiegħu li juri t-triq.