“Tibżgħux tersqu lejn il-pjagi ta’ Kristu” – l-Arċisqof

L-Arċisqof Charles J. Scicluna llum fl-Okkażjoni ta' Jum il-Ħniena Divina ċċelebra quddiesa fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.
Matul iż-żjara tiegħu fil-ħabs, l-Arċisqof kellu ċ-ċans ukoll jiltaqa' mar-residenti u l-gwardjani tal-Faċilità.
Waqt l-omelija tiegħu, l-Arċisqof saħaq fuq il-ħniena tal-Mulej waqt li fakkar li l-miġja ta' Kristu fid-dinja ma seħħitx biex jikkundanna, imma biex isalva.
L-Arċisqof irringrazzja lil Alla għas-Sagrament tal-Qrar waqt li fakkar kif il-Knisja permezz tas-saċerdoti tagħha għandha l-qawwa li taħfer kif kien jaħfer Kristu stess.
Ħeġġeġ lil dawk preżenti biex kif Kristu qal lil Tumas, ma jibżgħux jersqu lejn il-pjagi tiegħu li huma s-simbolu tad-dnubiet tal-bnedmin.

Ritratt: Jonathan Paris