“Tibżax tiddiskuti l-Covid-19 mat-tfal” – MAPSSS

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ġenituri ta’ Studenti fl-Iskejjel tal-Istat (MAPSSS) nediet kampanja ta’ ritratti fuq Facebook b’pariri għall-ġenituri issa li dalwaqt terġa’ tibda l-iskola.

Il-kampanja tal-assoċjazzjoni qed issir bil-għan li tħeġġeġ lill-ġenituri jippruvaw iħarsu lejn is-sitwazzjoni preżenti tal-pandemija u r-ritorn tat-tfal fl-iskejjel minn lenti pożittiva. Il-kampanja li qed tuża l-hasthtag #SafeAtSchool qed tara tixrid ta’ ritratti b’pariri kemm bil-lingwa Maltija kif ukoll b’dik Ingliża.

X’inhuma l-pariri?

  • “In-nuqqas ta’ normalità li ġabet il-covid tista’ tikkaġuna ansjetà fit-tfal. Ħeġġiġhom jitkellmu dwar l-emozzjonijiet tagħhom.”
  • “Dak li se tagħmel illum se jaffettwa l-ammon ta’ każijiet tal-Covid-19 fi ġranet oħra. Kun responsabbli.”
  • “Hemm inqas riskju li l-Covid-19 jinxtered jekk it-tfal jagħmluha dejjem mal-istess ħbieb.”
  • “Tibżax tiddiskuti l-Covid-19 mat-tfal. Li ma titkellimx dwar xi ħaġa tista’ tinkwetahom aktar. Għid il-fatti u offri serħan il-moħħ.”
  • “It-tfal iħossuhom b’aktar ħila meta jkunu jafu x’għandhom jagħmlu biex iżommu lilhom infushom siguri.”