Tibża’ mill-brimb? Ara x’għamlet din!

Mara li tibża’ mill-brimb għamlet pjan sabiex teħles minn brimba li kienet fid-dar tagħha.
Demi Sweeney, ta’ 22 sena, malli fetħet għajnejha filgħodu rat brimba daqshiex barra mill-bieb tal-kamra tas-sodda. Ħassitha maqbuda f’kamritha stess u d-dar ma kien hemm ħadd aktar ħliefa.
Bagħtet messaġġ lil sħabha u xi ħadd issuġġerielha li tordna l-ikel u kif jasal tad-delivery, titolbu jgħinha.
Inzerta li dan kien jibża’ mill-brimb ukoll, iżda Demi kważi bkietlu biex jgħinha. Wara xi ftit diffikultajiet, irnexxielu jaqbadha u jeħles minnha.
Demi stqarret li xtaqet tgħannqu bil-ferħ. Ratu donnu kien xi eroj u ma setgħetx tieqaf tirringrazzjah ta’ dak li kien għamel.