Tibqax tagħmel użu minn dan il-prodott

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża lill-pubbliku, li l-prodott ‘Lemon Juice Concentrate’, tad-ditta Piacelli Citrilemon m’għandux jiġi użat. Dan għaliex f’dan il-prodott instabu sulfati li mhumiex iddikjarati fit-tikketta. Id-dettalji:

Isem tal-prodott:Lemon juice concentrate
Ditta:Piacelli Citrilemon
Dati tad-durabbilità:14/09/2020; 26/09/2020; 23/10/2020 u possibbilment dati oħra wara 14/07/2020
Volum:200ml

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed javża lill-pubbliku skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Numru 178 tal-2002.

Il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa għal iżjed informazzjoni fuq 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar, jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt

Il-pubbliku jista’ anke jikkuntattja personalment l-uffiċju tad-Direttorat ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera jew permezz tal-paġna ta’ Facebook.