Tibqa’ t-tensjoni bejn Cavani u Neymar

Jidher illi minkejja kull apparenza illi tista’ teżisti, ir-relazzjoni bejn iż-żewġ plejers ta’ Paris St Germain Neymar u Edinson Cavani kulma jmur dejjem sejra għall-agħar.
Xnigħat illi dehru fuq is-sit calciofanpage.it jgħidu li Neymar irid miegħu lil Karim Benzema ta’ Real Madrid sabiex imexxu l-attakk tat-tim mill-kapitali Franċiża.
Ironikament Cavani xpruna lit-tim fejn anke sab ix-xibka darbtejn fir-rebħa li Paris St Germain kellhom kontra Nice bl-iskor ta’ 3-0.
Bid-destinazzjoni futura ta’ Cavani li għadha xi ftit misteru, jidher illi xi plejers mid-dressing room ta’ PSG xejn m’huma kuntenti bl-attenzjoni kollha illi qed jingħata l-istilla Brażiljana.