Tibdiliet fl-iskeda Tal-Linja minn għada

Read in English.

Il-Malta Public Transport ħabbret skeda ġdida għas-servizz Tal-Linja. Dan minħabba tibdiliet fil-mod ta’ kif qed jivjaġġa l-pubbliku dan l-aħħar. Qalet li t-tibdiliet saru wara konsultazzjoni u ftehim mal-awtoritajiet. Din l-iskeda se tidħol fis-seħħ minn għada.

MPT spjegat li t-tibdiliet qed isiru biex jakkomodaw id-domanda tal-passiġġieri taħt iċ-ċirkustanzi kurrenti b’mod effiċjenti.

Ġie spjegat li filwaqt li l-iskeda qed turi tibdiliet fil-maġġoranza tar-rotot Tal-Linja, ir-rotot li huma l-aktar bieżla bħad-90 u t-13, tħallew kif inhuma. Intant, ir-rotta 16 żdiedet fil-frekwenza kmieni filgħodu.

Numru tar-rotta Tluq ta’ filgħodu (mit-Tnejn sal-Ġimgħa)
4fil-5.20am minn Birgu Riche
13fil-5.05am u fil-5.35am minn Ċagħaq
fil-5.05am u fil-5.35am minn Valletta
13A fil-5.20am u fil-5.50am minn San Ġiljan
fil-5.20am u fil-5.50am minn Valletta
14 fil-5.25am u fil-5.55am minn Pembroke P&R
fil-5.30am u fis-6am minn Valletta
21fil-5.40am minn Sliema Ferries
31fil-5.15am minn Buġibba
43fil-5.50am min-Naxxar Stivala
fil-5.25am minn Valletta
48fil-5.05am minn Valletta
fil-5.20am u fil-5.50am minn Buġibba
73fil-5.05am minn Xarolla
74fil-5.45am minn Żurrieq
82fil-5am u fil-5.55am minn Marconi
fil-5.05am minn Valletta
83fil-5.25am minn Gardenja
fil-5am minn Valletta
84fil-4.54am minn Diacono Żejtun
fil-5.10am minn Valletta
92fil-5.15am minn Żonqor
94fil-4.56am minn Wignacourt

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn