Tibdil temporanju fis-servizzi tal-anzjani u n-night shelters

Read in English.

Minħabba s-sitwazzjoni tal-coronavirus fil-pajjiż, is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u Persuni b’Diżabilità ħabbar diversi emendi fis-servizzi li toffri. Dan tħabbar fi stqarrijja llum.

X’inhuma s-servizzi li qed jiġu emendat?

  • Home Help: Il-helpers issa se jkunu qed jixtru biss ikel u mediċini għall-anzjani. Is-servizzi l-oħra li kienu jsiru bħal xi faċendi ħfief fid-djar se jieqfu temporanjament. Permezz ta’ dan is-servizz dawk il-persuni li m’għandhom lil ħadd se jkunu jistgħu jirċievu dawn l-affarijiet tant essenzjali.
  • CommCare, Dementia Intervention Team, Allied Health Services, Social Service u r-Respite fid-djar tal-anzjani: se jkunu qed jingħataw biss f’każijiet meqjusa urġenti u essenzjali.
  • Telecare, Kontinenza, Respite fid-djar privati u Meals on Wheels: Se jkomplu jiffunzjonaw b’mod normali.
  • Ċentru Servizz Anzjan: qed ikompli jiffunzjona bħala servizz ta’ customer care u qed ikun hemm proċeduri ta’ screening għall-viżitaturi. Kull min jixtieq jikkuntattja dan iċ-ċentru għandu jċempel fuq 22788800.
  • Handyman fid-djar, Silver T (is-servizz tat-Tuk Tuk) u n-night shelters: se jitwaqqfu temporanjament. Fl-istqarrija ġew klassifikati bħala servizzi “li f’dan iż-żmien mhumiex essenzjali”.
  • Aġenzija Sapport: Is-servizzi maġġuri offruti lill-persuni b’diżabilità jiġifieri dawk tas-support workers tas-servizzi fil-komunità, tal-occupational therapy u tas-social work se jkunu qed jingħataw biss f’każijiet mequsin urġenti u essenzjali. Kull min jeħtieġ servizz mill-Aġenzija Sapport jista’ jċempel fuq 22568000 jew jibgħat email fuq sapport@gov.mt.

L-istqarrija spjegat li dawn it-tibdiliet huwa neċessarju sabiex jiġu ssalvagwardjati l-anzjani kif ukoll l-impjegati.

Għas-servizzi offruti mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunita wieħed jista’ jċempel fuq 159.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn