Tibdil f’żewġ vjaġġi tal-Gozo Channel għall-opra Il Trovatore

Il-Gozo Channel għadha kif ħabbret li se jkun hemm tibdil f’żewġ vjaġġi skedati sabiex il-kumpanija tikkordina aħjar is-servizz mal-opra Il Trovatore.
Il-vjaġġ tal-11.45 ta’ flgħaxija mill-Imġarr se jinbidel għall-00.15 ta’ filgħodu, u l-vjaġġ ta’ 00.20 ta’ filgħodu miċ-Ċirkewwa se jinbidel għas-00.45 ta’ filgħodu.
Il Trovatore se tittella nhar is-Sibt li ġej, 11 ta’ Ottubru, fit-Teatru Aurora f’Għawdex.