Tibdil f’xi eżamijiet tal-O u l-A levels

Read in English.

Se jkun hemm tibdil f’xi eżamijiet tas-SEC, tal-Intermediate, u tal-Advanced level, skont il-Bord tal-MATSEC. It-tibdil se jsir minħabba l-coronavirus.

Fi stqarrija, il-Bord tal-MATSEC qal li xi eżamijiet se jiġu sospiżi b’mod indefinit fl-aħjar interess tal-istudenti u tal-ħaddiema.

Liema eżamijiet se jiġu sospiżi?

  • L-eżamijiet orali tal-lingwi tas-SEC, Intermediate, u Advanced Level skedati sat-22 ta’ April
  • L-eżamijiet tasl-Language Listening Comprehension tas-SEC, Intermediate, u Advanced level skedati sas-17 ta’ April
  • L-eżamijiet tal-prattika tal-Edukazzjoni Fiżika tas-SEC u l-Intermediate skedati sat-30 ta’ Marzu

Il-Bord tal-MATSEC qed javża lill-kandidati biex ikomplu jipprepraw għall-partijiet l-oħra tal-eżamijiet tagħhom għas-sessjoni tal-eżamijiet li ġejja.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 2340 2814.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn