Tibdil fl-iskeda tal-Gozo Channel

Aġġornat 07:03 AM

Read in English.

Il-kumpanija Gozo Channel qed tbiddel l-iskeda tal-vapuri tagħha, skont il-Ministeru għal Għawdex.

Fi stqarrija l-Ministeru għal Għawdex qal li l-iskeda tidħol fis-seħħ mit-Tnejn 23 ta’ Marzu. Il-Ministeru ma qalx kif se tinbidel l-iskeda. Newsbook.com.mt bagħat mistoqsijiet lill-Gozo Channel biex jiskopri x’se jkun dan it-tibdil.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri fakkar li “l-iscreening ta’ kull passiġġier qabel jirkeb il-vapur se jibqa’ jsir u appella għar-responsabbiltà mill-pubbliku.”

Sa dalgħodu dan l-iscreening kien qed isir fiċ-Ċirkewwa għal dawk il-persuni li jkunu se jaqsmu lejn Għawdex.

L-istqarrija mill-Ministeru għal Għawdex

Aktar tard il-Gozo Channel żvelat l-iskeda l-ġdida.

18th March 2020Press ReleaseNew Timetable Gozo Channel would like to inform the General Public that as from next…

Posted by Gozo Channel Operations Limited on Wednesday, March 18, 2020

Is-Sibt li għadda raġel tniżżel mill-vapur tal-Gozo Channel mill-Pulizija wara li nstab li kellu d-deni.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn