Tibdil fit-traffiku fil-Gżira u xogħlijiet f’Ħal Qormi

Transport Malta qed tavża li parti minn Rue D’Argens, bejn Triq l-Imsida sa Triq San Ġorġ se tkun magħluqa għat-traffiku fiż-żewġ direzzjonijiet minn nhar l-Erbgħa 3 ta’ Ġunju sal-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju bejn is-6 ta’ filgħaxija u s-6 ta’ filgħodu.
It-traffiku minn Rue D’Argens għal Tas-Sliema se jgħaddi minn Triq Testaferrata.  It-traffiku minn Rue D’Argens għall-Imsida se jgħaddi minn Triq San Ġorġ u Triq Testaferrata.
L-Awtorità avżat li t-trasport pubbliku se jaħdem hekk:

Rotta 32 mis-Savoy għal-Imsida ser tgħaddi minn Rue D’Argens għal Triq Tas-Sliema, Kappara roundabout, Tal-Qroqq roundabout, Triq Mikiel Anton Vassalli, Xatt l-Imsida u tkompli ssegwi ir-rotta normali lejn il-Belt.
Rotot 12 u 13 mill-Imsida għal Tas-Sliema Ferries se jgħaddu minn Rue D’Argens għal Triq il-Prinċipessa Margerita, Triq Abate Rigord u jkomplu jsegwu ir-rotta normali lejn Tas-Sliema Ferries. 
Rotta X2 minn Tas-Sliema Ferries għal-isptar Mater Dei se tgħaddi mix-Xatt tal-Gżira għal Triq Abate Rigord, Xatt l-Imsida, Triq Mikiel Anton Vassalli, Tal-Qroqq roundabout u tkompli ssegwi ir-rotta normali lejn l-isptar Mater Dei.
Rotot 202 and 203 minn Tas-Sliema Ferries għal-isptar Mater Dei se jgħaddu bħar-rotta X2. Dan l-arranġament japplika għal vjaġġ lura.
Rotta 22 mill-Imsida għas-Savoy se tgħaddi mill-Imsida junction għal Triq Mikiel Anton Vassalli, Tal-Qroqq roundabout, Kappara roundabout, Triq Tas-Sliema, Rue D’Argens u ssegwi r-rotta normali.
Rotta 21 mill-Imsida għas-Savoy se tgħaddi mill-Imsida junction għal Triq Mikiel Anton Vassalli, Tal-Qroqq roundabout, Kappara roundabout, Triq Tas-Sliema, Rue D’Argens u ssegwi r-rotta normali. Dan l-arranġament japplika għal vjaġġ lura.
 
Transport Malta avżat ukoll li se jsiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq wiċċ il-pontijiet li hemm ma’ Triq is-Sebħ f’Ħal Qormi fl-iljieli ta’ bejn it-Tlieta 2 ta’ Ġunju u l-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju.
Minħabba n-natura tax-xogħol, l-arranġamenti tat-traffiku se jibdew mis-7 ta’ filgħaxija.
Is-sewwieqa huma mitluba jsegwu s-sinjali tat-traffiku u l-istruzzjonijiet mogħtija mill-uffiċċjali li ser ikunu fuq il-post.
Transport Malta tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.