Tibdil fit-tmexxija tal-Gvern mhux biżżejjed għan-negozji – PN

Il-Partit Nazzjonalista qal li tibdil fit-tmexxija tal-Gvern mhux biżżejjed għan-negozji.

Fi stqarrija ffirmata mid-deputat Edwin Vassallo, il-PN qal li l-inċertezza politika f’Malta tort tal-korruzzjoni tal-Gvern ta’ Joseph Muscat wassal biex in-negozji jsofru b’inqas bejgħ qawwi.

Il-PN għamel referenza għal stħarriġ li sar mill-GRTU fl-aħħar jiem.

Il-GRTU qalet li, “il-bejgħ fin-negozju naqas u dan ġara kullimkien,”. Skond l-istudju li sar, 65% ta’ dawk li wieġbu qalu li n-negozju naqas. 15% minn dawn indikaw tnaqqis ta’ 50% fil-bejgħ. Xi negozji spjegaw li l-klijenti wkoll waqfu jixtru prodotti essenzjali bħall-mediċina. Il-Belt Valletta rreġistrat tnaqqis akbar minn lokalitajiet oħra.

“Il-ġejjieni politiku mhux jawgura tajjeb għall-inċertezza politika u n-negozji ż-żgħar u medji jinsab mħassba li din l-instabbiltà tibqa’ tippersisti u t-tibdil fit-tmexxija tal-Gvern mhix biżżejjed, bi ftit li xejn pajjiżna jista’ jgawdi min ċertezza u normalità politika,” qal il-PN. Skont il-PN dan kollu huwa t-tort tal-Prim Ministru Joseph Muscat.