Tibdil fil-membri tal-Grupp Universitarji Għawdxin

Madwar 100 student Għawdxi dalgħodu pparteċipaw waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Grupp Universitarji Għawdxin (GUG) li saret fil-Kampus tal-Università f’Għawdex, fix-Xewkija.
Waqt din il-laqgħa ġew eletti 13-il membru fl-eżekuttiv il-ġdid tal-GUG kif ukoll saret elezzjoni għar-rwol ta' Uffiċċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi minħabba li kien hemm żewġ nominazzjonijiet għall-istess rwol.
Tressqu wkoll xi emendi għall-istatut bil-għan li tissaħħaħ l-istruttura tal-għaqda studenteska. 
Fost dawn l-emendi ġie mwaqqaf sotto kumitat ġdid biex fil-ġimgħat li ġejjin jiddiskuti proposti għall-baġit.