Mil-lum se jinfetħu l-korsiji l-ġodda tal-proġett tas-Central Link

Illum waranofsinhar u għada filgħodu Inftrastructure Malta se tiftaħ il-korsiji ġodda ta’ Central Link Project fl-Imrieħel, Ħal Balzan u Ħ’Attard.

Infrastructure Malta qalet ukoll li se tiftaħ dawn il-korsiji ġodda fid-direzzjoni mill-Imrieħel lejn Ħ’Attard filwaqt li se tagħmel ukoll tibdil fil-korsiji eżistenti fl-istess direzzjoni fi Triq iż-Żagħfran u Triq l-Imdina, sabiex jibdew jintużaw fid-direzzjoni opposta.

F’post fuq Facebook Infrastructure Malta qalet li se tneħħi wkoll uħud mis-sistemi tad-dwal tat-traffiku f’dawn l-inħawi.

Hija appellat biex is-sewwieqa joqgħodu attenti għal dan it-tibdil u biex jaraw sew it-tabelli, linji ġodda u limiti tal-veloċità mnaqqsa u jsegwu d-direzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.

🚧🚧 NEW LANES: This afternoon and tomorrow morning (24th & 25th September 2020) we are opening new #CentralLinkProject…

Posted by Infrastructure Malta on Wednesday, September 23, 2020