Tibdil fil-klima: Oċeani qed jitilfu l-ossiġnu

It-tibdil fil-klima u t-tniġġis bin-nutrijenti qed ineħħu l-ossiġnu mill-oċejani u qed jheddu speċi differenti tal-ħut.

Skont il-BBC, dik kienet il-konklużjoni tal-akbar studju tat-tip tiegħu li sar mill-grupp ta’ konservazzjoni IUCN.

Filwaqt li t-tniġġis bin-nutrijenti kien magħruf għal għexieren ta’ snin, riċerkaturi qalu li t-tibdil fil-kliema kien qed jagħmel in-nuqqas tal-ossiġnu agħar.

Madwar 700 siti ta’ oċeani issa qed isofru minn ossiġnu baxx meta mqabbel mal-45 sit fis-1960inijiet.

Riċerkaturi qalu li dan in-nuqqas ta’ ossiġnu qed jhedded speċi tal-ħut bħat-tonn u l-klieb-il baħar.