Tibdil fil-ħinijiet tal-vapur tat-Tlieta filgħodu

Il-kumpanija Gozo Channel tavża lill-pubbliku li l-vjaġġi ta’ filgħodu tat- Tlieta l-1 ta’ April se jsiru kull nofsiegħa bħal ta’ nhar ta’ Tnejn.
Dan ifisser li jkun hemm vjaġġi fis-6am, 6.30am, 7am u s-7.30am mill-Imġarr u fis-6.30am, fis-7am u s-7.30am miċ-Ċirkewwa.
Il-vjaġġi l-oħra jibqgħu skont l-iskeda.