Tibdil fid-data tar-regatta

Ir-regatta ta’ Jum il-Ħelsien għal din is-sena se tiġi organizzata nhar is-Sibt 23 ta’ Marzu 2013 u mhux fil-31 ta’ Marzu.

Dan minħabba li fil-31 ta’ Marzu se tkun iċċelebrata l-Festa ta’ Kristu Rxoxt.

Il-Birgu, Birżebbuġa, Bormla, l-Isla, il-Kalkara, il-Marsa, u Marsamxett se jkunu dawk li se jipparteċipaw.

L-ewwel tiġrija tibda fis-1pm fil-Port il-Kbir.