Tibda uffiċjalment il-maratona tal-volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca fetħet uffiċjalment l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-maratona tal-volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.
Din il-maratona hija twila 53 siegħa u se tintemm nhar il-Ħadd f’nofsillejl.
L-għan ewlieni tal-maratona hija li jinġabru l-fondi għad-Dar tal-Providenza mmexxija mill-Knisja f’Malta, li toffri servizz residenzjali fit-tul u temporanju lill-persuni bi bżonnijiet speċjali.
Aktar minn 350 volontier qed jgħin fil-maratona din is-sena kif ukoll 40 plejer tal-volleyball, li huma maqsuma f’ħames timijiet ta’ tmin plejers.
Id-donazzjonijiet jistgħu isiru billi wieħed imur personalment jagħti d-donazzjoni waqt il-maratona jew inkella fuq in-numru apposta li se jidhru waqt ix-xandiriet diretti fuq l-istazzjonijiet ewlenin tat-televiżjoni jew inkella bl-SMS.
Tista’ wkoll issir donazzjoni permezz tal-BOV Mobile Pay.