Tibda tissewwa l-ħsara li kkawża l-ilma fil-binja tal-Pixxina Nazzjonali

Fl-aħħar ġimgħat inbeda x-xogħol fil-binja tal-Pixxina Nazzjonali f’Tal Qroqq sabiex tissewwa l-ħsara li saret matul iż-żmien meta beda jidħol l-ilma fil-bini.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Chris Agius qal li dawn ix-xogħlijiet se jiswew madwar €800,000.
Huwa semma kif saru għadd ta’ testijiet mill-perit tal-Kunsill Malti għall-Isport li wera r-riskju li fih tinsab il-binja strutturali tal-Pixxina.
Ġie spjegat li minbarra problema fil-planki, l-istess binja kienet ilha tesperjenza skular ta’ ilma sa minn sentejn wara li nbniet. 
Minħabba dawn ix-xogħlijiet, kellhom ukoll jiġu evakwati l-uffiċini tal-Kumitat Olimpiku Malti u xi lecture rooms tal-Università ta’ Malta li jinsabu eżatt fuq is-saqaf tal-binja.
Ritratti: DOI – Reuben Piscopo