Tibda t-30 edizzjoni tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani

Lura fl-1957, kienu l-Eġittu, l-Etjopja u s-Sudan li ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani.
Ta’ min jgħid li l-Eġittu huwa l-aktar pajjiż li rebaħ din it-tazza, b’seba’ rebħiet, segwit mill-Gana u l-Kamerun li rebħuha erba’ darbiet kull wieħed.
In-Niġerja rebħu din it-tazza darbtejn, filwaqt li ż-Żambja, it-Tuniżija, l-Afrika t’Isfel, il-Kongo, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, iż-Żaire, il-Kosta tal-Avorju, l-Alġerija, il-Marokk u l-Etjopja, rebħuha darba biss.
Kienu 18-il pajjiż li ospitaw dawn il-finali, fejn din is-sena, fi żmien qasir ta' preparazzjoni, se jkun il-pajjiż tal-Ginea Ekwatorjali li se jospita l-edizzjoni ta’ din is-sena.
Fil-fatt kellu jkun il-Marokk il-pajjiż ospitant, iżda dan kien ġie skwalifikat, minħabba li l-istess Marokkini kienu inkwetati fuq il-firxa tal-marda tal-Ebola.
S’issa l-ogħla markatur huwa Samuel Eto’o (l-akkwist il-ġdid ta’ Sampdoria fl-Italja) bi tmintax-il gowl.
Għall-edizzjoni ta’ din is-sena, li tibda mil-lum, ikkwalifikaw il-Ginea Ekwatorjali bħala l-pajjiż ospitant, Cape Verde, l-Alġerija, it-Tuniżija, l-Afrika t’Isfel, iż-Żambja, l-Kamerun, il-Gabon, il-Burkina Faso, is-Senegal, il-Kosta tal-Avorju, il-Gana, il-Ginea, il-Mali, il-Kongo u r-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Il-logħba inawgurali se tkun bejn il-Ginea Ekwatorjali u l-Kongo, warajha jiagħbu l-Burkina Faso u l-Gabon.
Il-logħob se jintlagħab fl-ibliet ta’ Bata, Malabo, Monogomo u Ebebiyin.
L-istejdjums mhumiex kbar ħafna u lanqas kien hemm fondi biżzejjed biex jitjiebu.
Fil-fatt l-istejdjum ta’ Ebebiyin jilqa’ fih mhux aktar minn ħamest elef spettatur.