Tibda sessjoni oħra ta’ Gvern li Jisma’

Illum tibda sessjoni oħra tal-proċess ta’ konsultazzjoni Gvern li Jisma’.
Fi stqarrija, il-Gvern qal li permezz ta’ din l-inizjattiva li qed issir kull sitt xhur, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari se jpoġġu għal darba oħra quddiem il-familji u n-nies tan-negozju biex jisimgħu mingħandhom ideat u proposti għall-pajjiż.
Din is-sessjoni se tibqa’ sejra sat-22 ta’ Novembru. Mistennija jiġu diskussi miżuri mħabbra fil-baġit.
L-ewwel laqgħa se tkun mal-Ministeru għall-Finanzi Edward Scicluna fil-Borża ta’ Malta.
Fl-aħħar sentejn kienu aktar minn 9,000 persuna li ħadu sehem f’waħda mill-45 laqgħa ta’ konsultazzjoni ta’ Gvern li Jisma’.
Kull min jixtieq jipparteċipa għandu jċempel fuq 80072207.